Il-Bank of Valletta ħabbar kif matul is-sena li għaddiet kellu qligħ qabel it-taxxa ta’ tmenin miljun u seba’ mitt elf ewro.
Is-sena ta’ qabel, il-bank għamel qligħ ta’ ħmistax-il miljun u mitejn elf ewro.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
B’dan ifisser differenza ta’ ħamsa u sittin miljun u nofs ewro meta tqabbel bejn sena u oħra.
Il-bank qal kif din il-prestazzjoni matul is-sena li għaddiet turi rkupru tajjeb mill-impatt tal-pandemija.