Ċifri tal-uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li sal-aħħar ta’ Jannar li għadda, il-persuni jirreġistraw għax-xogħol naqsu għal elf, sitt mija wieħed u disgħin ruħ, jiġifieri ħamsa punt tmienja fil-mija meta mqabbel mal-istess xahar is-sena li għaddiet.
Ċifri pprovduti mill-Aġenzija tax-Xogħol JobsPlus juru li f’Jannar, in-nies qiegħda naqsu b’mija u ħames persuni fuq Jannar tal-2019.
L-NSO qal li kien hemm żieda ta’ persuni qiegħda fost dawk li kellhom disgħa u għoxrin sena jew anqas waqt li kien hemm tanqqis fil-kategorija ta’ persuni li kellhom tletin sena jew aktar.
Joħroġ ukoll li l-akbar tnaqqis kien irreġistrat fost il-persuni li kienu ilhom bla xogħol għal aktar minn sena. Min-naħa l-oħra, kienet irreġistrata żieda fl-għadd ta’ persuni li kienu ilhom fuq il-kotba tal-qgħad għal aktar minn 21 ġimgħa.
L-NSO innota żieda ta’ 15-il persuna b’diżabilità jirreġistraw għax-xogħol meta mqabbel ma’ Jannar tas-sena li għaddiet biex issa hemm ftit aktar minn mitejn u tletin persuna b’diżabilità jirreġistraw għax-xogħol.
L-istatistika turi wkoll li sal-aħħar ta’ Jannar li għadda, l-Għawdxin fuq il-kotba tal-qgħad naqsu għal mija u erbgħa u sebgħin.