Is-sena d-dieħla, Franza se tkun qed tmexxi ‘l quddiem il-proposta sabiex il-piena kapitali tinqata’ darba għal dejjem madwar id-dinja.
Dan permezz ta’ summit li se jkun qed isir fil-kapitali Pariġi.
Skont il-President Franċiż Emmanuel Macron, dan is-summit se jkun qed ilaqqa’ lil dawk il-pajjiżi li għadhom jagħtu l-piena kapitali.
Dan bil-għan li jikkonvinċu lil dawk il-pajjiżi sabiex iwaqqfu din is-sentenza.
Il-Gvern Franċiż se jkun qed jagħmel dan waqt li jkollha l-Presidenza tal-Kunsill Ewropew, fl-ewwel sitt xhur tas-sena d-dieħla.
F’Malta, il-piena kapitali twaqqfet fl-1971, taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Dom Mintoff.