Is-sena d-dieħla se jinfetaħ it-tieni hub għal vittmi tal-vjolenza domestika u vjolenza abbażi tal-ġeneru fl-Imtarfa.
Iċ-ċentru se joffri lill-vittmi ta’ vjolenza domestika u vjolenza abbażi tal-ġeneru, diversi servizzi ta’ appoġġ u assistenza minn professjonisti, membri tal-Korp tal-Pulizija u ħaddiema mħarrġin f’dan il-qasam u minn diversi entitajiet.
Dan filwaqt li l-vittmi tal-vjolenza domestika se jingħatalhom il-faċilità ta’ Panic Alarm biex, f’każi ta’ emerġenza, vittma ta’ vjolenza domestika tkun tista’ tiġi mgħejjuna mill-aktar fis possibbli.
Meta jkunu mitluba jidhru quddiem il-Qorti, vittmi tal-vjolenza domestika se jingħataw servizz ta’ wens, li jinkludi childcare għal dawk li jkollhom it-tfal, u servizz ta’ carer fir-residenza għal dawk li għandhom responsabbiltà ta’ persuni anzjani u persuni b’diżabilità.