Erbgħin sena ilu.
L-elf disgħa mija disgħa u sebgħin.
Is-sena fejn id-diski ta’ Gloria Gaynor, Rod Stewart u l-Bee Gees kienu fost dawk fil-quċċata.
Kienet ukoll is-sena li Malta kisbet il-Ħelsien.
Dawn it-tnejn se jitwaħdu flimkien f’kunċert spettakolari f’Dar il-Mediterran nhar id-disgħa ta’ Marzu tas-sena d-dieħla.
Dan f’waħda minn diversi attivitajiet maħsuba biex ifakkru l-erbgħin anniversarju mill-kisba tal-Ħelsien, kif spjega l-Maestro Joe Brown.
Il-Maestro Brown se jkollu l-lussu ta’ wħud mill-aqwa kantanti f’pajjiżna.
Mhux se jonqsu wkoll kanzunetti popolari Maltin, bl-isema tal-kunċert se jkun TEMA 79.
Dawk li jċemplu jew jattendu fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista f’dawn il-jiem u jibbukjaw il-post tagħhom mhux biss se jaċċertaw li jkollhom post, iżda se jgawdu wkoll minn prezz speċjali. In-numru taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista huwa 21249900.