Filwaqt li kull sena tkun miżgħuda b’mużika li takkumpanjana fil-ħajja tagħna ta’ kuljum, is-sena elfejn, erba’ u għoxrin kienet waħda unika f’dik li għandha x’taqsam mużika.
Fil-fatt, din is-sena ġabet magħha mewġa sħiħa ta’ mużika intriganti li sservi ta’ wens f’diversi ħinijiet tal-ġurnata ta’ kuljum, imma anke ssaħħaħ il-memorja f’avvenimenti li abbli ma jintessew qatt.
Ġimgħa wara ġimgħa, kanzunetta wara oħra, din kienet sena seħħew ukoll affarijiet li qabel ma kinux immaġinabbli.
Wieħed ma jistax isemmi l-elfejn, erbgħa u għoxrin bla ma jsemmi lill-kantanta żagħżugħ Amerikana, Sabrina Carpenter.
Fil-fatt, l-erbat irjieħ tad-dinja, żgur li ddoqqilhom għal widnejhom id-diska ‘Espresso’ jew inkella il-kanzunetta ‘Please Please Please’, li t-tnejn li huma kisbu pożizzjonijiet għoljin tal-klassifiċi ewlenin.
Kantanta żagħżugħa oħra Amerikana, Chappell Roan, ukoll ħalliet l-impatt tagħha permezz tal-kanzunetta ‘Good Luck, Babe!’.
Wieħed ma jistax jara x-xena mużikali fl-elfejn u erba’ u għoxrin u ma jsemmix l-hekk imsejjaħ ‘Beef’ bejn Kendrick Lamar u Drake. Perjodu li ra, botta u risposta ta’ mużika, bejn diversi rappers skont liema fazzjoni kienu qed jirrelataw.
Il-kanzunetta ‘Not Like Us’ kienet waħda li ddominat il-klabs matul is-sajf li għadda.
Shaboozey ħa r-riedni f’idejh fejn jidħol il-ġeneru country hip-hop bid-diska ‘A Bar Song (Tipsy)’.
L-2024 rat ukoll ir-ritorn ta’ Beyonce li ħarġet album bl-isem ta’ ‘Cowboy Carter’, li għamel suċċess kbir.
Billie Eilish, flimkien ma’ ħuha Finneas, ikkollaboraw permezz tal-kanzunetta ‘Birds of a Feather’, li wkoll qed tirriżulta bħala waħda mill-favoriti għal dan iż-żmien tas-sena.
Charlie XCX għamlet ġieħ ukoll lix-xena rave ta’ Londra bis-sitt album tagħha ‘Brat’.
Anke Taylor Swift kellha sena mill-aqwa fejn minbarra l-ERAS tour li għamlet madwar id-dinja, kellha wkoll diversi postijiet fil-klassifiċi internazzjonali.
Wieħed ma jistax ma jsemmix ukoll id-diska ‘Move’, li mhux biss daħlet f’widnejna matul din is-sena, imma wkoll irnexxielha toħloq moviment ġdid fejn diversi żgħażagħ bdew joħorġu u jiċċaqilqu mar-ritmu tagħha.
ONE News tkellem ma’ DJ popolari lokali, Carlo Gerada, li qalilna li, l-elfejn, erbgħa u għoxrin, kienet waħda b’saħħitha f’dak li għandu x’jaqsam ma’ mużika. Madankollu hemm tnejn li kienu b’saħħithom wisq.
“Naħseb l-iktar żewġ diski li spikkaw kienu ‘Espresso’ u fil-klabbs ‘Move’ ta’ Adam Port u Kienmusik. Jien daqqejthom ħafna at least”.
Carlo Gerada, Dj Lokali
Tista’ tgħid ukoll li, tul din is-sena, l-attività fil-postijiet tad-divertiment kienet frekwenti u ma kienx hemm ġurnata li ma ssibx fejn tisma’ l-mużika, tiżfen u tissoċjalizza.
Iżda l-Maltin x’qed issibu?
“Naħseb ix-xena lokali, u anke internazzjonali nbidlet mhux ħażin. Il-party-goers qed ifittxu esperjenza milli just xtrajt ticket mort party u ħa tisma’ just id-diski. They want to experience something different.”
Carlo Gerada, Dj Lokali