Bejn Jannar u April li għadda, is-settur turistiku Għawdxi mar aħjar meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra.
Dan jirriżulta minn stħarriġ li għamlet l-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu, il-GTA, flimkien mal-istabbilimenti li jagħmlu parti mis-settur turistiku f’Għawdex.
Minn dan l-istħarriġ tal-GTA ħareġ kif, 60% tal-istabbilimenti qalu li l-perjodu tal-Għid ta’ din is-sena kien aħjar minn tas-sena l-oħra.
Tlieta u 53% tal-istabbilimenti Għawdxin irrappurtaw li kellhom iżjed suq, meta mqabbel ma’ Jannar u April tas-sena li għaddiet.
F’dan l-istħarriġ ħareġ ukoll kif 57% tan-negozji Għawdxi kellhom iżjed turisti meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu, Joe Muscat, qal lip dan l-istħarriġ juri li s-settur turistiku Għawdxi qed jirkupra.
Qal, “Huwa survey li wera wkoll li l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena kienu ferm aħjar mill-ewwel erba’ xhur tal-2021. Jiġifieri qegħdin nitkellmu fuq il-perjodu Jannar sa April. U dan huwa ta’ awgurju għaliex jidher illi s-sena li qegħdin fiha, 2022, se tkun is-sena wkoll tal-irkupru għal din l-industrija li tant batiet mill-pandemija.”