L-Uffiċċju Meterjoloġiku tar-Renju Unit iddikjara li s-sena 2020 kienet l-aktar sena sħuna għall-Ewropa.
L-Uffiċċju spjega li t-temperatura tas-sena li għaddiet kienet 2 gradi aktar għolja minn dik li kien hemm fil-perjodu ta’ bejn is-sena 1981 u s-sena 2010.
Ġie spjegat ukoll li matul l-elfejn u għoxrin, it-temperatura medja kienet 0.5 gradi aktar sħuna mis-sena 2015, li kienet ġiet klassifikata bħala l-akatar sena sħuna.
L-Uffiċċju qal ukoll l-aktar ħames snin li fihom kien hemm temperaturi għoljin kollha kienu mis-sena 2014 ‘il quddiem.
Meta qabblu l-medja tat-temperaturi ma’ dawk bejn is-snin 1981 u 2010, għadd ta’ pajjiżi sabu li kellhom temperaturi ferm aktar għoljin.