Is-selezzjoni Maltija ta’ taħt id-19-il sena kisbu t-tieni rebħa tal-istaġun fl-Enemed Futsal League meta għelbu lis-selezzjoni Maltija ta’ taħt is-17-il sena 5-2.
It-tim ta’ taħt id-19-il sena diġa’ kien jinsab 4-0 minn fuq sa tmiem l-ewwel taqsima hekk kif Isaac Vella, Christoph Samuel Abela u doppjetta ta’ Neil Gauci sabu x-xibka għat-tim tagħhom.
Fit-tieni taqsima, Zachary Abo Assaf għamel l-iskor 5-0 bit-tim ta’ taħt is-17-il sena li naqqas il-marġni tal-iskor permezz ta’ Luke Urpani u Kaden Baldacchino.
B’din ir-rebħa, is-selezzjoni Maltija ta’ taħt id-19-il sena telgħu fis-sitt post tal-klassifika b’sitt punti bit-tim ta’ taħt is-17-il sena li għadhom qed ifittxu l-ewwel punti tagħhom.
Referees kienu Clinton Cassar u Danilo Francalanza.
KLASSIFIKA – ENEMED FUTSAL LEAGUE
Luxol St Andrew’s, Swieqi United , University of Malta, Marsaskala Legends, Ta’ Xbiex 9, Selezzjoni Maltija U19 6, Ħamrun SC NCMB, Gżr Birżebbuġa St Peter’s Futsal, Selezzjoni Maltija U17 0