Il-Gvern Malti sostna li artikli ppubblikati t-Tnejn minn The Daphne Project fihom informazzjoni u xhieda li allegatament saret quddiem il-Maġistrat li qiegħed jinvestiga l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Fi stqarrija, il-Gvern ta’ Malta qal li ma jistax jaċċerta jekk ingħatatx din ix-xhieda jew jekk hix minnha. Qal li l-Gvern m’għandux kontroll fuq il-proċess ġudizzjarju indipendenti.
Apparti dan qal li s-sejħa tal-MEP Nazzjonalista David Casa għal investigazzjoni separata ma kinitx f’waqtha minħabba l-fatt li din tidduplika l-investigazzjoijiet u li l-informazzjoni li fuqha qed jibbaża s-sejħa tiegħu, skont il-midja, diġà tagħmel parti mill-investigazzjoni indipendenti.