Is-sejf ta’ De Vallette, għall-wiri fil-Mużew tal-Arkeoloġija fil-Belt Valletta, ġibed l-interess mistenni tant li l-kuratur tal-post spjega ma’ ONE NEWS li fl-aħħar ġimgħat żdiedu b’mod konsiderevoli dawk li żaru l-mużew li jinsab fit-triq ewlenija tal-Kapitali tagħna.
Konxju li din hi opportunità ta’ darba li ilha mistennija bosta snin il-pubbliku Malti kkonkorra bi ħġaru u għal Heritage Malta dan kien ta’ sodisfazzjon.
Manuel Magro Conti, kuratur ewlieni ta’ Heritage Malta, spjega li l-ammont ta’ Maltin li żaru l-mużew kemm ilha hemm il-wirja żdied b’erbgħin fil-mija u l-ammont ta’ turisti b’10%.