Michael Piccinino, li diġà ħabbar li se jitlaq minn Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, qal li, hekk kif pajjiżna se jkun qed jiċċelebra l-iżvilupp li sar fis-sittin sena li għaddew, il-Partit se jaħdem biex iħejji t-triq għas-sittin sena li ġejjin.
Hu qal dan f’konferenza tal-aħbarijiet li ta, flimkien ma’ Stefan Caruana, dwar iċ-ċelebrazzjonijiet matul din il-ġimgħa biex jitfakkru s-60 sena mill-kisba tal-Indipendenza.
“Fis-60 anniversarju ta’ Malta indipendenti rridu naraw l-iżvilupp ta’ Malta fis-60 sena li għaddew, però ċertament li l-obbligu tagħna, l-obbligu tal-Partit Nazzjonalista, hu li nkomplu naħdmu biex nippreżentaw it-triq ’il quddiem għal Malta fis-60 sena li ġejjin.”
Michael Piccinino – Segretarju Ġenerali PN
Il-Partit Nazzjonalista semma kif, anke wara li tħassru l-attivitajiet il-ġimgħa l-oħra minħabba t-telfa tal-eks Deputat Karl Gouder, ġie deċiż li jkomplu l-attivitajiet jiġu ddedikati għalih hekk kif ħadem għall-istess attivitajiet.
Dawn se jinkludu l-hekk deksritt mass meeting fi Pjazza Tritoni l-Ġimgħa filgħaxija.