Is-Segretarju Permanenti Paul Zahra li kien jaħdem fil-Ministeru ta’ Jason Azzopardi giddeb lil Azzopardi wara li b’ġurament qal li mhux hu ta l-parir biex jiġi ssiġillat il-każ ta’ Spinola.
Zahra qal li ma tantx jiftakar iċ-ċirkostanzi tal-każ hekk kif huwa ntalab jattendi għal laqgħa mill-Ministru ftit żmien biss wara li beda jokkupa il-kariga. Sostna l-każ kien diġa’ fi stadju avvanzat ta’ negozjati.
Dan jikkuntrasta sew mad-diskors ta’ Jason Azzopardi fil-Parlament fejn baqa’ jsostni li huwa mexa fuq il-parir ta’ Zahra.
Is-Segretarju Permanenti sostna wkoll li kien nuqqas kbir li waqt laqgħa bħal din ma ttieħdu l-ebda minuti. Prassi li kienet kkritikata mill-uffiċċju tal-Awditur Ġenerali dwar nuqqas ta’ trasparenza.
Pawlu Zahra kien qed jagħti x-xhieda tiegħu waqt laqgħa tal-kumitat li għar-raba’ darba konsekuttiva ma attenda ħadd mir-rappreżentanti tal-partit Nazzjonalista għajr għal Beppe Fenech Adami li huwa ic-chairperson tiegħu.