Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, l-Ekonomija Diġitali u l-Innovazzjoni Silvio Schembri għamel rapport lil Pulizija mit-taqsima tas-Cyber Crime wara li ġie msemmi f’riklam ppublikat taħt l-isem Nexus li qatt ma kienu approvati u lanqas awtorizzati mis-Segretarjat.
F’artiklu spam li ġie sponsorjat fuq Facebook jgħid li Schembri ta’ l-approvazzjoni għal Bitcoin Revolution.
Din il-kwistjoni ġiet riferita wkoll lil Facebook biex tittieħed azzjoni min-naħa tagħhom.
L-istqarrija qalet li Schembri ċaħad bis-sħiħ din l-allegata approvazzjoni u qal li din il-kwistjoni issa se tiġi investigata mill-awtoritajiet konċernati.