Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis żar id-Dipartiment tal-Gvern Lokali sabiex jiltaqa’ mal-impjegati tal-istess dipartiment sabiex jiddiskutu l-irwol tagħhom fi ħdan id-dipartiment.
Is-Segretarju Parlamentari Parnis stqarr li kien id-dmir tiegħu li jmur u jiltaqa’ ma’ dawn l-impjegati u jkun jafhom individwalment u mhux biss ikollu konoxxenza tagħhom minn korrispondenza diġitali.
Id-Direttur responsabbli mill-Kunsilli Lokali Adrian Mifsud, spjega kif dan id-dipartiment huwa l-katina bejn il-Gvern Ċentrali u l-Gvern Lokali u huwa l-irwol tagħhom li jissapportjaw lill-Kunsill Lokali kif ukoll jgħinuhom biex il-Kunsilli verament ikunu qrib iċ-ċittadin.