Fl-Islovenja, is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Andy Ellul attenda l-konferenza internazzjonali bħala ‘Bled Strategic Forum’.
Din il-konferenza ġiet indirizzata fost oħrajn mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen u mis-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda António Guterres.
F’din il-konferenza ġew diskussi l-isfidi prinċipali li l-Ewropa għaddejja minnhom u d-direzzjoni li għandha tittieħed għal dak li hemm bżonn bħala triq ’il quddiem.
Fost it-temi diskussi kien hemm it-tisħiħ fid-dinja tax-xogħol u anki s-sostenibbiltà.
Fil-marġini ta’ din il-konferenza, is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul kellu laqgħa mal-Ministru Sloven għat-Trasformazzjoni Diġitali, Dr Stojmenova Duh.
Waqt din il-laqgħa bilaterali bejn Ellul u Duh, ġew diskussi l-aħjar prattiċi ta’ kif id-dinja tax-xogħol tista’ tibqa’ tissaħħaħ bis-saħħa tal-innovazzjoni, liema fattur iġib miegħu impjiegi ta’ kwalità u li jħallu valur miżjud.