Is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018 Deo Debattista nieda Valletta 2018 fl-uffiċċju tar-Rappreżentanza tal-Kummmissjoni Ewropea f’Londra fuq stedina tal-Kummissarju Għoli Malti f’Londra Norman Hamilton u b’kollaborazzjoni maċ-Chairman tal-Fondazzjoni Valletta 2018 Jason Micallef.
Deo Debattista fakkar fir-rabtiet storiċi kruċjali bejn Londra u l-Belt Valletta u li l-Kapitali Ewropea tal-Kultura hi avveniment għall-Maltin u għall-Għawdxin kollha.
“Li nniedu Valletta 2018 hu episodju sinifikanti. Iż-żewġt ibliet għandhom storja straordinarja, ir-relazzjoni ta’ bejniethom tmur lura sekli u t-tnejn li huma għandhom futur eċċezzjonali bħala bliet kapitali u bħala bliet Ewropej”, ikkonkluda s-Segretarju Parlamentari Deo Debattista.