Issa li l-proċess estensiv ta’ konsultazzjoni dwar il-masterplan ta’ Paceville jinsab riesaq lejn tmiemu, il-Gvern qal li jilqa’ b’sodisfazzjon l-ideat li tqajjmu waqt il-Kumitat għall-Ambjent u l-Ippjanar dwar il-masterplan ta’ Paceville li għandu l-għan li jara li kull żvilupp ta’ investiment jibda jsir b’mod maħsub u ppjanat, u mhux iktar bl-addoċċ.
Dwar dan ONE.COM.MT tkellem mas-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s- Simplifikazzjoni għall-Proċess Amministrattiv Deborah Schembri.