Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius kien involut f’inċident tat-traffiku hekk kif kien qed jaqsam minn fuq zebra crossing fi Triq Santa Tereża, f’Bormla.
Hu qed isofri minn ksur f’siequ u qed jingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei.
Fi stqarrija maħruġa mis-Segretarjat Parlamentari, ġew ringrazzjati dawk kollha li għamlu kuntatt mas-Segretarju Parlamentari Chris Agius u l-familjari tiegħu.