Is-Segretarju għad-Difiża Brittaniku, Ben Wallace, għamel żjara għall-għarrieda lill-President Ukren Volodymyr Zelenskyy fi Kyiv, l-Ukrajna.
F’din laqgħa li ma kinitx skedata l-partijiet tkellmu kif l-armata Ukrena għandha tkun mgħejjuna quddiem l-attakki kontinwi mir-Russja.
Wallace ddikkjara kif ir-Renju Unit se jassigura li l-għajnuna għall-Ukrajna tkompli tiżdied skont il-ħtiġijiet.
Zelenskyy rringrazzja lir-Renju Unit tal-għajnuna filwaqt li stqarr kif il-kliem jinbidel f’fatti mar-Renju Unit differenza mir-relazzjoni bejn l-Ukrajna u pajjiżi terzi.
Intant, il-Kanċillier Ġermaniż Olaf Scholz ħeġġeġ lis-Serbja sabiex tingħaqad fis-sanzjonijiet kontra r-Russja.
Dan ħabbru l-President Serb li fakkar kif pajjiżu u r-Russja għandhom relazzjoni mill-qrib f’diversi aspetti forsthom l-ekonomija u t-tradizzjonijiet.
Fil-fatt, is-Serbja hija waħda mill-ftit pajjiżi Ewropej li s’issa għadha ma imponiet l-ebda sanzjoni fuq ir-Russja.