F’intervista li kellu mal-istazzjon nazzjonali, is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa, Alain Berset, qal li b’mod ġenerali Malta sservi ta’ eżempju tajjeb ħafna fejn jidħlu l-prinċipji tad-demokrazija li tħaddan is-saltna tad-dritt u tħares id-drittijiet tal-bniedem, prinċipji ewlenin li l-Kunsill tal-Ewropa hu impenjat iħares u jara li jitwettqu fost is-46 pajjiż membru.
“I think Malta is a very good example in general with what we are doing, with democracy, with rule of law, with human rights but we have in all countries some discussions” – tenna Berset mat-TVM.
Waqt din l-intervista huwa esprima wkoll is-sodisfazzjon tiegħu rigward il-programm li Malta fasslet għal dawn is-sitt xhur, hekk kif din hija s-sena li Malta se tfakkar is-60 anniversarju mindu ssieħbet bħala membru fil-Kunsill tal-Ewropa.