Is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union, Josef Bugeja ffirma l-ktieb ta’ kondoljanzi b’rispett lejn l-eks Prim Ministru u Mexxej Laburista, Karmenu Mifsud Bonnici, fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun.
F’kitba fuq Facebook, il-General Workers’ Union sellmu l-memorja ta’ Karmenu Mifsud Bonnici u rringrazzjawh għal dak kollu li għamel għal Malta, għall-ħaddiema u għall-General Workers’ Union.
Apparti li kien Prim Ministru u Mexxej Laburista, l-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici kien ukoll konsulent tal-Unjin u tul ħajtu ħadem fil-qrib mal-ħaddiema.