Il-Ministru Abela kien milqugħ mis-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Mgħaquda Antonio Guterres. Il-laqħa serviet bħala opportunita’ biex jiġu diskussi kwistjonijiet sinifikanti globali u reġjonali, li jinkludu is-sitwazzjoni kurrenti fil-Libja. Is-Segretarju Ġenerali qasam it-tħassib ta’ Malta u rrispetta l-pożizzjoni ta’ Malta fuq il-migrazzjoni. Il-Ministru esprima diżappunt rigward il-fatt li l-isforzi internazzjonali s’issa ma rnexxilomx iġibu l-poplu Libjan flimkien. Is-Segretarju Ġenerali kkumplimenta l-approċċ kostruttiv ta’ Malta u li l-approċċ li jibni l-pontijiet biex jgħin id-djalogu fil-Mediterran.
Il-Ministru Abela rrimarka wkoll li waqt il-High-Level Political Forum tas-sena li għaddiet, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin kien wassal ir-Reviżjoni ta’ Malta, li enfasizzat il-progress tal-iżvilupp sostenibbli nazzjonali lejn l-aġenda tal-2030.
Fid-diskors ta’ din is-sena, il-Ministru Abela enfasizza l-insegwiment kontinwu ta’ politikasoċjo-ekonomika li tindirizza l-benesseri tas-soċjeta’ in ġenerali, filwaqt li faħħar l-avvanzar ta’ Malta għat-28 post minn 162 pajjiż fejn jidħol il-progress tal-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli. Huwa qal ukoll li dan jirrikonoxxi l-azzjoni kollettiva ta’ Malta fit-triq għal aktar sostenibbilta’.
Il-Ministru Abela tkellem ukoll fuq is-sistema edukattiva ta’ Malta, li qed tara nuqqas ta’studenti li jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien, u żieda fejn jidħlu studenti li qed jigradwaw, kif ukoll l-isforzi li qed isiru biex nies li huma dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali jsiru attivi fis-suq tax-xogħol.
It-takkbir tal-impjiegif’Malta jibqa’ wieħed mill-ogħla fl-Unjoni Ewropea, filwaqt li l-qgħad taż-żgħażagħ u l-inugwaljanzi fid-dħul jinsabu taħt il-medja Ewropea.
Il-Ministru Abela kellhu laqgħa wkoll ma’Miguel Angel Moratinos, ir-Rapreżentattiv Għoli għall-Alleanza tal-Ġnus Magħquda għaċ-Ċiviltajiet, fejn ġew diskussi numru ta’ kwistjonijiet ta’ interess reċiproku b’attenzjoni speċjali fuq l-irwol ta’ Malta bħala ċavetta biex jinqasmu ċ-ċiviltajiet tal-kultura.
Apparti hekk, il-Ministru pparteċipa wkoll f’laqgħa kordjali u introduttorja ma’ Prof. Muhammad-Bande, il- President Elett tal-74 sessjoni tal-Assemblea tal-Ġnus Mgħaquda, li ser issir ġewwa New York Settembru li ġej.
Waqt laqgħha ta’ korteżija bejn il-Ministru Abela u l-Mibgħut Speċjali tal-Ġnus Mgħaquda għall-Oċean Peter Thomson, iż-żewġ partijiet aċċentwaw u rrikonoxxew l-irwol u l-importanza tal-oċeani għal żvilupp sostenibbli għall-popolazzjoni globali. Il-Ministru Abela ddiskuta wkoll il-preparazzjonijiet għall-laqgħa li jmiss tal-Ambaxxaturi tal-oċean li ser issir Malta x-xahar id-dieħel.