Waqt dibattitu fuq ix-xandir nazzjonali, is-Segretarju Ġenerali Nazzjonalista Michael Piccinino ma setax jgħid li l-Partit Nazzjonalista huwa magħqud.
Preżentatur: Michael, fil-fehma tiegħek il-PN huwa magħqud?
Michael Piccinino: Mela, il-Partit Nazzjonalista huwa muzajk.
Preżentatur: Inti l-PN iva jew le huwa magħqud? Iva jew le?
Michael Piccinino: Diġà weġibthek kif il-Parti Nazzjonalista minn dejjem kien muzajk
Min-naħa l-oħra, il-President tal-Partit Laburista Ramona Attard ma kellha l-ebda problema li ttenni stampa differenti fil-Partit Laburista.
“Jekk issaqsini d-domanda l-Partit Laburista huwa magħqud? Jiena ngħidlek iva u ma noqgħodx indur mal-lewża, kif għad idur is-Segretaru Ġenerali Michael Piccinino. Iva, il-Partit Laburista huwa magħqud u nuru kemm bil-fatti u kemm bil-mod kif nipprezentaw il-politika tagħna.”
Dwar irtirar tal-kandidati fil-Partit Nazzjonalista, is-Segretarju Ġenerali Nazzjonalista qal li jaf ikun hemm aktar.
Preżentatur: Ittina garanzija li tul il-kampanja elettorali ma jkunx hemm kandidati oħrajn li jirtiraw il-kandidatura?
Michael Piccinino: Kif għedt kull kandidat …
Preżentatur: Iva jew le?
Michael Piccinino: Le, le għaliex kull kandidat … imbagħad trid tħallini nispjega l-le. Fl-aħħar mill-aħħar, hu min hu jagħmel il-ġudizzju tiegħu.
Għall-irtirar f’daqqa t’erba’ kandidati qal li hija xi ħaġa normali.
“Jiġifieri n-nomini tal-partiti għall-elezzjoni ġenerali jagħlqu jekk mhux sejjer żball, f’xi punt il-ġimgħa d-dieħla. Sa dak il-mument jistgħu jiżdiedu, jonqsu, jiġifieri huwa proċess normali li jiġri f’kull elezzjoni.”
Fil-programm Insights preżentat minn Glen Falzon, il-President tal-Partit Laburista nnutat kif l-istampa li ta l-Partit ta’ Bernard Grech hi waħda li ma treġiex għaliex għadu partit ankrat fil-passat.
Ramona Attard: U rrid ngħid mela sa fejn naf jien Kristy Debono hija fuq id-disa’ distrett. Biex jitlaq dan id-demm antik ta’ Kristy Debono, taf min igawdanja Jason Azzopardi għax hu joħroġ fuq dak id-distrett. Jiġifieri intom tridu tgħiduli li Kristy Debono hija demm antik, imma Jason Azzopardi huwa demm ġdid? Tridu tgħiduli …
Michael Piccinino: Ħadd ma qal li Kristy Debono hija demm antik.
Ramona Attard: Mela Jason Azzopardi huwa demm ġdid? Huwa demm ġdid Jason Azzopardi.
Michael Piccinino: Mela, Jason Azzopardi huwa deputat bħal ammont ta’ deputati oħra.
Ramona Attard: Karol Aquilina huwa demm ġdid, li għadu hemmhekk? Beppe Fenech Adami huwa demm ġdid?
Michael Piccinino: Karol Aquilina telgħa l-ewwel darba fl-2017.
Ramona Attard: Ee Karol demm ġdid. Beppe Fenech Adami demm ġdid?
Dan intqal minn Michael Piccinino, ftit qabel mal-Eżekuttiv iddeċieda li Beppe Fenech Adami se joħroġ fuq id-disa’ distrett, minflok Kristy Debono.
Waqt dan il-programm, Michael Piccinino ftaħar b’Ray Bezzina, dak li kien wara l-ingaġġ skandaluż fil-Wasteserv lejliet elezzjoni ġenerali u li kien iċ-Chief of Staff ta’ George Pullicino, li fi żmienu art verġni daqs is-Siġġiewi kollu ngħatat għall-iżvilupp.
Michael Piccinino: Kif jaf kulħadd għax hija pubblika Ray Bezzina jaħdem fl-uffiċċju tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Ramona Attard: Right man hand tiegħu?
Michael Piccinino: Iva
F’dan id-dibattitu, Michael Piccinino qal kif huwa kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa.
Preżentatur: Kaċċa fir-rebbiegħa? Taqbel magħha inti?
Michael Piccinino: Le.
Preżentatur: Inti?
Ramona Attard: Iva.
Waqt il-programm spikkaw ukoll mumenti fejn Piccinino beda jeħel, speċjalment fuq l-erba’ kandidati Nazzjonalisti li ma jridux joħorġu għall-elezzjoni ġenerali.
Michael Piccinino: Jien l-ewwel nett nirringrazzja kemm lil Claudio, Kristy, Mario u …. Clyde
Ramona Attard: Rajtu l-apprezzament. Urejtulhom l-apprezzament għax tfajtuhom ’il barra.