Jidher li s-sbuħija ta’ Malta qed tibqa’ timpressjona lil mexxejja ta’ bosta pajjiżi. Fis-summit Malti l-kummenti dwar il-ġmiel ta’ pajjiżna ma qatgħu xejn, u l-veduti mill-isbaħ mill-barrakka ta’ fuq impressjonaw ukoll lil Prim Ministru Tork, Binali Yıldırım, li wara l-konferenza stampa konġunta flimkien mal-Prim Ministru Joseph Muscat kellu ċ-ċans jgawdi x-xena spettakolari tal-Port il-Kbir u t-tliet ibliet.