Il-mexxejja Ewropej li jinsabu f’pajjiżna għas-summit informali kienu impressjonati b’pajjiżna u bix-xeni mill-Barakka ta’ fuq. It-temp Sajfi fi Frar u x-xemx tiżreġ niżlet għasel mal-mexxejja Ewropej u l-kummenti dwar is-sbuħija ta’ Malta ma naqsux.
Tajjeb li wieħed jinnota, li dan l-avveniment f’pajjiżna qed jiġi segwit madwar l-Ewropa kollha u għalhekk ix-xeni ta’ Malta qed jidhru fuq ħafna stazzjonijiet popolari fosthom il-BBC. Xeni mill-isbaħ bir-rifless tax-xemx fuq l-ibħra Maltin.
Il-mexxejja kellhom iċ-ċans li jaqsmu lejn il-Birgu fuq il-Fernandes biex b’hekk anke huma qed igawdu minn dak li t-turisti Maltin għandhom iċ-ċans jagħmlu f’Malta.
F’mumenti bħal dawn, iċ-ċittadini Maltin jħossuhom kburin li huma Maltin.