Is-sbuħija Maltija spikkat f’żewġ konkorsi separati li saru lbieraħ fl-Ingilterra. Dan hekk kif il-mudell Malti Neil Scerri rnexxielu jirbaħ il-konkors internazzjonali tal-moda Top Model Worldwide Search li saret f’Hilton Metropole. Scerri mhux biss intagħżel bħala l-mudell rebbieħ, minn 42 finalist, iżda rnexxielu ukoll jimpressjona fir-ritratti hekk kif rebaħ ukoll il-kategorija Best Photographic Looks.
Iżda Neil Scerri ma kienx l-unika mudell li impressjona hekk kif Maria Ellul, li ukoll irappreżentat lil pajjiżna kklassifikat fir-raba post fil-kategorija femminili. Dan ma kienx l-unika konkors li l-Maltin rebħu l-unuri, hekk kif il-Maltija Mia Vickery klassifikat fit-tieni post fil-konkors Top Model U.K u ġiet premjata ukoll il-premju Self-styled award.
Fl-għexieren ta’ kummenti fuq il-profil individwali tal-mudelli jispikka l-awgurju, awgurju li japprezza l-ħidma u s-sagrifiċċji li għamlu qabel dan il-konkors. Dawn is-sagrifiċċji jinkludu nutrizzjoni adegwata, eżerċizzju fiżiku u sagrifiċċji oħra marbuta mad-dinja tal-moda.
Dan huwa l-mument li l-mudell Malti Neil Scerri rebaħ din il-kompetizzjoni: