“Li nieħu sehem f’Miss Universe minn dejjem kienet ħolma għalija, u li qed nirrappreżenta lil pajjiżi wara 15-il sena milli tieħu sehem huwa unur kbir.”
Hekk qalet Martha Fenech, is-sbejħa Maltija li qed tirrappreżenta lil Malta fil-kompetizzjoni ta’ Miss Universe ġewwa l-Filippini, f’filmat qasir b’xenarju mill-isbaħ minn madwar Malta. Filmat li intwera għal aktar minn 66,000 darba wara li tpoġġa fuq il-paġna uffiċjali ta’ Miss Universe, paġna li għandha ‘l fuq minn seba’ miljun segwaċi.
Martha qalet li l-aktar li tħobb dwar din il-gżira ċkejkna b’qalb vera kbira hi niesha. Fejn qalet li l-poplu Malti huwa poplu vera dħuli u għalekk hi kburija li qed tirrappreżenta lil Malta.