Għalkemm qatt ma kien hemm l-ebda grupp jew setta li ħarget stqarrija pubblika fuq l-eżistenza tagħha, huwa mifhum li s-Sataniżmu huwa pprattikat fil-gżejjer Maltin.
Bl-għan li tinħoloq kuxjenza, u tiġi provduta assistenza għall-Kattoliċi Maltin li jiffaċċjaw problemi relatati mas-Sataniżmu, il-Knisja ħolqot il-Kummisjoni Djoċesana dwar l-Okkult u s-Sataniżmu.
Huwa wkoll magħruf li f’dawn iż-żminijiet mqaddsa għar-reliġjon, ikun hemm min jagħmel il-kontra ta’ dak li tagħmel ir-reliġjon kattolika; flok rispett, disprezz.
Il-Knisja Kattolika tissuġerixxi li inti ta’ liema reliġjon int, qatt ma tagħmel kuntatt ma’ spirti ħżiena jew titlob għajnuna minn sorsi malinji għaliex tista’ tispiċċa ħażin.