Ġie ffirmat ftehim bejn il-Gvern u Birdlife Malta sabiex l-operat u l-immanigjar tas-sit tas-Salina jaqa’ taħt il-Birdlife. Dan il-ftehim, li daħal fis-seħħ għall-ħames snin li ġejjin, se jkompli jassigura l-ħarsien tal-ikbar rierva naturali f’pajjina. B’hekk se jiġi assigurat ir-riġenerazzjoni u rijabilitazzjoni tal-istess park bl-għajnuna finanzjarja, u ta’ riżorsi umani mill-Gvern.
Dan il-ftehim ġie iffirmat mill-President tal-Birdlife Daryl Grima, il-Ministru Ian Borg u l-Ministru José Herrera, u sar bil-kollaborazzjoni tal-Awtorità tal-Artijiet u l-ERA.