Il-Minsiteru tal-Edukazzjoni ċaħad bil-qawwa allegzzjoni li saret fuq il-midja soċjali li tneħħa saliba minn klassi fl-Iskola Primarja tal-Gżira minħabba li fil-klassi kien hemm tfal Musulmani.
Ikkuntattjat minn one.com.mt, il-Ministeru għall-Edukazzjoni kkonferma li s-salib tneħħa temporanjament minħabba xogħlijiet u tindif li bħalissa qed isiru fl-iskola.
Qal li dan qed isir bi preparazzjoni għas-sena skolastika l-ġdida li se tibda fil-ġimgħat li ġejjin.
Il-Ministeru ta l-appoġġ kollu liċ-Child Support Worker msemmija u sostna li din ma kellha x’taqsam xejn u żżefnet f’din l-istorja intortament.