F’xenarju li jgħaxxaq l-għajnejn minħabba l-ġmiel tan-natura, is-Salib tal-Għolja lbieraħ filgħaxija nbidel f’post ta’ qima u riflessjoni għal dawn iż-żminijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa. Is-Salib tal-Għolja, fl-inħawi tas-Siġġiewi f’Ħamis ix-Xirka laqa’ ħafna nies li jitilqu b’pellegrinaġġ mill-Knisja Parrokjali tar-raħal u jerħulha lejn wieħed mill-aktar postijiet għolja fil-gżira.
Biex b’hekk għal darb’oħra l-mixgħela tas-Salib tal-Għolja mhux biss ġibdet interess qawwi imma kompliet mal-atmosfera ta’ ġabra u spiritwalità.
Wara nuqqas ta’ tliet snin din is-sena itella’ dramm b’differenza. Id-direttur artistiku Renzo Bonello stqarr li t-telgħa minnha nnifisha rnexxilha toffri ambjent tal-passjoni u dawk li attendew setgħu jirreletaw aktar mal-akbar ġrajja.
Bħal kull sena spikkat l-għaqda fost dawk li telgħu t-telgħa tal-Għolja u waqfu jitolbu quddiem l-istatwi. B’differenza mis-sena li għaddiet, din is-sena t-temp ippermetta u minkejja dik iż-żiffa ta’ matul il-lejl, b’xorti tajba ma niżlet ebda qatra xita.