Is-Salesjani ta’ Don Bosco varaw l-Istitut ta’ San Franġisk De Sales, istitut ġdid li se joffri liż-żgħażagħ edukazzjoni mhux formali, jiġifieri differenti minn dak it-tagħlim li jingħata minn fuq il-bankijiet tal-iskola.
Fit-tnedija, ONE News tkellem ma’ Marica Aquilina, li hija kordinatur tal-proġett tas-Salesjani, li spjegat l-għan ta’ dan l-istitut.
Qalet, “Nedukawhom fuq affarijiet ta’ spirtwalità, ta’ soft skills, ta’ personal development, u l-għan prinċipali huwa illi mhux biss issa nżommuhom fl-istituzzjonijiet tagħna, fl-organizzazzjonijiet tagħna, imma wkoll niftħu l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ u anki adulti oħra li jixtiequ jitgħallmu dawn l-iskills, il-personal developments, l-ispirtwalitaà mal-komunità, bażikament.”
Hija spjegat ukoll li dan il-kors huwa akkreditat b’ċertifikat.
Qalet, “Dawn il-courses huma akkreditati mal-Malta Further and Higher Education Authority, fejn il-pjan huwa li nġibu l-liċenzja u l-accreditation biex jingħataw ċertifikati, fejn jistgħu jiġu rikonoxxuti f’Malta, imma anki barra minn Malta.”