Bini mill-ġdid tal-Outpatients, parkeġġ taħt l-art ġewwa l-isptar Mater Dej u bini ta’ ċentru reġjonali ġdid fit-tramuntana tal-pajjiż biex joffri servizzi mediċi lin-nies fl-inħawi.
Dawn huma biss ftit mill-proġetti li ħabbar il-Gvern waqt il-Budget għas-sena d-dieħla.
Fil-fatt, il-Ministru Edward Scicluna għadu kif ħabbar ukoll li f’dan il-Budget il-Gvern ħaseb li jieħu ħsieb il-ħtiġijiet ta’ dawk b’mard kroniku.
Hawnekk il-Gvern se jżid it-trattament tal-Ostoeporożi biex permezz tiegħu se jkunu indirizzati l-bżonnijiet ta’ pazjenti, speċjalment anzjani vulnerabbli li jkollhom sfidi f’ħajjithom minħabba l-kundizzjoni.
B’impenn sħiħ lejn it-twettiq tal-istrateġija għas-saħħa mentali, il-Gvern se jagħti wkoll b’xejn, mediċini psikjatriċi ġodda.
Bi sħab mal-Hospice, il-Gvern se jiftaħ ukoll ċentru San Mikiel.
Dan se jkun ċentru li jagħti għajnuna paljattiva professjonali.
Dan apparti li permezz ta’ programm ta’ estensjoni imsemmi ‘Remote Patient Monitoring’, mill-kumdità ta’ darek se tkun tista’ anki tikkomunika mat-tabib.