Nhar il-Ħadd 22 t’April sal-Ħadd 29 t’April ġewwa Paradise Bay hotel Cirkewwa, Mellieħa; grupp ta’ żgħażagħ Maltin se jkunu għaddejjin qatta bla ħabel bil-ħidma tagħhom fuq kungress b’differenza. Kungress li se jolqot it-temi tas-saħħa mentali, personalità u diversita’.
Kungress li l-ħidma għalih ilha għaddejja ‘l fuq min sentejn sabiex fis-sena li Malta u l-Belt Valletta qed tospita it-titlu ta’ belt kapitali Ewropea tilqa’ fi ħdanha ‘l fuq min 300 student Ewropej tal-psikoloġija.
Kungress li qed jkun qed jolqot diversi aspetti soċjali relatati mal-kultura Ewropea, l-istorja ta’ Malta u aspett xjentifiku relatat mal-kultura soċjo psikoloġika Ewropea.
Kungress li jwitti t-triq għal aktar għarfien fuq tema li potenzjalment hemm bżonn ta’ iktar riċerka u edukazzjoni fuq skala nazzjonali u globali, dik tas-saħħa mentali.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista jzur: http://more.efpsa.org/congress2018/ jew http://www.efpsa.org/