Il-Partit Laburista nieda l-kampanja elettorali tiegħu għall-elezzjonijiet tat-8 ta’ Ġunju.
Il-messaġġ tal-Partit Laburista f’din il-kampanja elettorali hu ‘Is-Saħħa lill-Maltin’.
L-islogan ġie żvelat propju hekk kif kien se jitkellem il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela fl-għeluq tal-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista.
Is-Saħħa lill-Maltin hu l-messaġġ tal-Partit Laburista fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali.
Fil-fatt, b’dan l-isem, tnediet ukoll il-kanzunetta uffiċjali, li se twassal lill-Partit Laburista, għall-Elezzjonijiet tat-8 ta’ Ġunju ta’ din is-sena, u lil hinn.