Fi Pjazza Kastilja jispikka bħal taraġ ta’ rigali mgeżwra li baqgħu ħerġin sew barra mid-dawra tas-siġra tal-Milied.
Il-poplu kkonkorra bi ħġaru fl-inizzjattiva ta’ mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela u bintha Giorgia Mae.
Din hija t-tieni edizzjoni ta’ ‘Rigali b’Imħabba’ li propju bdiet is-sena l-oħra fejn il-poplu jiġi mħeġġeġ jagħti rigal mill-qalb għal tfal vulnerabbli biex huma wkoll igawdu mill-ferħ li jġib dan il-Milied.
Bħalissa fi Pjazza Kastilja hemm ukoll il-Banda tal-Pulizija tanima lin-nies preżenti.
Intant illum waranofsinhar, l-amministrazzjoni tal-Partit Laburista fosthom il-President tal-partit Ramona Attard u l-Kap Eżekuttiv tal-partit George Azzopardi, preżentaw numru ta’ rigali fejn is-siġra tal-Milied.
Preżenti tilqa’ dan il-ġest kien hemm Lydia Abela.