Il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità Rhoda Gharland talbet lill-Unjin tal-Għalliema, l-MUT biex tirrikunsidra direttiva industrijali li qed tolqot ħażin tfal b’diżabilità fl-iskejjel.
Gharland kitbet lill-President tal-MUT Marco Bonnici biex jirtira azzjoni imposta fuq l-għalliema li waqfu jagħrfu lill-ġenituri ta’ tfal dwar dak li jkun sar fil-klassi.
“Għal studenti li ma jikkomunikawx, il-ktieb li fuqu l-għalliema jiktbu dwar x’sar fil-klassi huwa għodda kruċjali”, spjegat Gharland hi u tisħaq li l-ġenituri għandhom ikollhom is-serħan il-moħħ li eżempju l-istudenti b’diżabilità ħadu l-mediċina li kellhom bżonn waqt li kienu l-iskola.
Il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità qalet dan filwaqt li rrikonoxxiet it-talbiet tal-Unjin waqt negozjati għal ftehim settorjali ġdid iżda sostniet li m’għandiex tbati saħħet il-persuni b’diżabilità li huma studenti vulnerabbli.