Il-Ministru għall-Inklużjoni u s-Settur tal-Volontarjat Julia Farrugia Portelli kkundannat filmat li qed idur fuq il-midja soċjali ta’ tfajla li insulentat persuni b’diżabilità u pażjenti morda.
F’kitba fuq il-midja soċjali, il-Ministru Farrugia Portelli sejħet dan bħala “disturbanti”.
Il-Ministru Julia Farrugia Portelli ħabbret li l-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, is-CRPD ġiet infurmata u se jittieħdu l-passi meħtieġa
Il-Ministru għall-Inklużjoni sostniet li “aħna min għandu diżabbilità, leukaemia jew kanċer mhux jaqq ngħidulu, imma s-soċjetà twieżnu, tħobbu u tatih spalla.”