Tard it-Tnejn filgħaxija ħaddiema mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili tfew nirien li ħakmu kamra fil-faċilitajiet li għandhom l-MFA f’Ta’ Qali.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-23:00. Mal-wasla tagħhom il-pumpiera sabu n-nirien li minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li tkebbsu minn magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Kelliem għall-Pulizija kkonferma li ħadd ma weġġa f’dan l-inċident.