Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jinsab għal-lest minħabba rapporti ta’ maltempata qawwija li tista’ taħkem lill-gżejjer Maltin fis-sigħat li ġejjin.
Fuq il-paġna tiegħu fuq facebook, is-CPD appella biex fejn hu possibbli n-nies jevitaw li jsuqu fil-maltemp u jevitaw toroq fejn jinġabar l-ilma bħal fil-widien.
Intqal li pressjoni baxxa mistennija ġġib riħ qawwi b’xita qliel f’ċertu ħinijiet.
Intqal li hemm twissijiet ta’ Grigalata u baħar imqalleb.