Il-Kamra tal-Aħbarijiet Amerikana s-CNN keċċiet tliet impjegati minn magħha wara li daħħlu lura lejn l-uffiċċu mingħajr ma tlaqqmu bil-vaċċin għall-Covid-19.
Dan huwa l-ewwel każ ta’ din it-tip fl-Istati Uniti wara li kissru regola tal-kumpanija fuq il-vaċċin.
Il-midja internazzjonali rrappurtat li fl-Amerika hija legali li kumpaniji jobligaw lill-ħaddiema biex jitlaqqmu.
Kumpaniji prominenti oħra bħal Facebook u Google ukoll daħlu miżuri simili għall-ħaddiema tagħhom.