Is-CIA temmen li l-Prinċep Sawdi Mohammed bin Salman ordnat l-qtil tal-ġurnalist Jamal Khashoggi. Dan skont rapporti fil-midja tal-Istati Uniti.
Sorsi viċin l-aġenzija qalu li l-evidenza ġiet eżaminata sal-inqas dettall. Huwa minfhum li ma hemmx evidenza konklussiva, iżda uffiċjali Amerikani jaħsbu li operazzjoni bħal din ikollha bżonn l-approvazzjoni tal-Prinċep.
L-Arabja Sawdija ddeskriviet l-allegazzjoni bħala falza u nsistiet li l-Prinċep ma kien jaf b’xejn dwar pjan tal-qtil. Qalet li l-ġurnalist inqatel b’riżultat ta’ operazzjoni diżonesta.