Il-jum dinji tas-saħħa huwa jum li jqajjem kuxjenza dwar is-saħħa li jiġi ċċelebrat kull sena fis-7 ta’ April.
L-Organizzazjoni dinjija tas-saħħa inħolqot fuq il-prinċipju li n-nies kollha għandhom ikunu kapaċi jirrealizzaw id-dritt tagħhom għall-ogħla livell possibli ta’ saħħa.
Is-slogan magħżul għal din is-sena, #HealthForAll, għandu l-mira li jassigura li n-nies kollha jista’ jkollhom servizzi ta’ saħħa ta’ kwalita’ biex ikollhom saħħa aħjar. Fi stqarrija mill-ministeru għas-saħħa, intqal li l-istrateġiji li tniedew riċentament u li jindirizzaw l-Epatite Ċ u l-kura tas-saħħa għall-persuni transgender huma biss żewġ eżempji tal-impenn tal-Gvern biex itejjeb il-kwalita’ tal-ħajja ta’ dawk li fil-passat kienu gruppi emarġinati fis-soċjeta.
Dawn minbarra s-servizzi ta’ IVF offruti lokalment li jingħaqdu flimkien ma’ inizjattivi oħra bħat-titjib fis-servizzi għal persuni bid-dijabete u l-kanċer permezz ta’ mediċini ġodda, apparat ġdid u aktar riċerka.