Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali, permezz ta’ stqarrija, xtaq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva se jkun qed jirtira mis-suq prodotti Nestlè Cerelac li għandhom id-dettalji kif inhuma msemmija hawn isfel.
Jidher li din id-deċiżjoni ttieħdet wara li ingredjent, dqiq, li seta’ ntuża f’dawn il-prodotti nstab li jista’ jkun fih livell ta’ polycyclic aromatic hydrocarbons (PAHs) li huwa iktar milli tippermetti l-liġi.
Deskrizzjoni tal-Prodott: | 3 cereals with milk |
Ditta: | Nestlè Cerelac |
Data tad-durabbilità: | 07-2018 |
Lott: | L70090291 |
Piż: | 400g |
Oriġini: | Spanja |
Deskrizzjoni tal-Prodott: | Mixed fruits and wheat with milk |
Ditta: | Nestlè Cerelac |
Data tad-durabbilità: | 06-2018 |
Lott: | L63580291 |
Piż: | 400g |
Oriġini: | Spanja |
Il-kumpanija involuta ddikjarat li parti mill-konsenja laħqet inbiegħet, għaldaqstant id-Direttorat huwa obbligat li jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.
Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.