Applikazzjoni għall-bini ta’ dar tal-anzjani f’żona barra l-iżvilupp bejn iż-Żurrieq u Ħal Safi ġiet irtirata.
Din id-dar tal-anzjani fiż-żona magħrufa l-Għadir kienet pjanata li jkollha 129 kamra, b’kobor ta’ 14,000 metru kwadru, daqs żewġ grawnds tal-futbol.
Dan sar wara li l-kunsilli u r-residenti taż-żewġ lokalitajiet ingħaqdu flimkien kontra dan il-bini f’żona barra l-iżvilupp. Bil-perit ta’ dan il-proġett irtira l-applikazzjoni għal dan l-iżvilupp.