Il-Kunsill Lokali tar-Rabat ħabbar li l-applikazzjoni għall-iżvilupp ta’ boutique hotel fi Vjal Santu Wistin giet irtirata.
F’konferenza tal-aħbarijiet kien spjegat li l-iżvilupp propost wassal biex l-Awtorità tal-Ippjanar irċeviet kwazi tlett elef oggezzjoni mingħand għaqdiet mhux governattivi u numru kbir ta’ residenti, fosthom Arthur Galea Salomone.
Spjega kif “Residenti ta’ dawn l-inħawi li kienu ferm inkwetati bl-applikazzjoni għal l-iżvilupp ta’ lukanda f’ dawn il-ġonna. L-applikazzjoni kienet qed tipproponi binja ta’ 4,5 sulari , lukanda ta’ tletin karma li kienet se tbiddel it-tessur u l-aspett residenzjali ta’ dan iż-żona li hija indikatta mil-pjan lokali bħala two story residential area.”
Is-sindku tar-Rabat, Sandro Craus stqarr li s-sit li fuqu kien ser isir l-iżvilupp propost huwa ta’ importanza storika, turistika u arkejoloġika. Is-saqqajja hija t-triq li twassal għall-Imdina, filwaqt li Vjal Santu Wistin hija triq ikonika b’ġonna fuq iz-żewġ nahat li tipprezenta perspettiva mill-isbaħ tal-Knisja ta’ San Mark.
Craus qal li “Din hija żona storika ħafna, igiefiri prattikament hawn l-istorja ta’ pajjiżna minn żmien il-Franċiżi il-quddiem. Imma natturalment pprovajna nissalvagwarjaw ukoll arkittetur unika f’Malta.”
Is-Sindku żied li l-Kunsill Lokali huwa favur il-kummerċ, iżda dan irid isir b’mod sostenibbli li jirrispetta il-wirt storiku u ambjentali.
Issa, il-Kunsill Lokali, bil-kunsens tar-residenti, ħa l-inizzjattiva biex jitlob l-iskedar tad-djar fuq is-Saqqajja u fi Vjal Santu Wistin bil-ħsieb li dawn jigu protetti u kkonservati.