Tanya Borg Cardona irriżenjat minn chairperson tal-Awtorità tax-Xandir. Fi stqarrija mill-uffiċċju tal-Prim Ministru ntqal li Borg Cardona issottomettiet ir-riżenja tagħha lill-President tar-Repubblika.
Intqal, kif filwaqt li ċaħdet li l-pożizzjoni kienet f’kunflitt ta’ interess u sostniet li dejjem imxiet b’imparzjalita’ li din l-Awtorita’ teħtieġ, hija xorta waħda ħasset li fl-aħjar interess tal-Awtorita’ tax-Xandir għandha tirreżenja mill-kariga ta’ chairperson.
Il-Prim Ministru jirringrazzja lis-Sinjura Borg Cardona għas-servizz tagħha u awguralha għall-futur.
Il-Prim Ministru qal li se jibda’ l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-ħatra ta’ Chairman ġdid tal-Awtorita’ tax-Xandir fil-jiem li ġejjin.