Dr Ramona Attard qalet li kienet diġà rriżenjat minn fuq it-Tribunal tar-Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar qabel ma ġabret in-nomina għall-President tal-Partit Laburista.
Dr Attard qalet dan fid-dawl li l-Għaqda Repubblika ħarġet stqarrija fejn talbet għat-tneħħija tagħha minn fuq dan it-tribunal.
Hija rringrazzjathom talli ferħulha għal din il-kariga.
Dr Attard tefgħet in-nomina għall-kariga ta’ President tal-Partit Laburista l-ġimgħa li għaddiet.