Yellow qed iżżomm il-wegħda li tikkontribwixxi għal għan soċjali nobbli. Il-kumpanija ikkommettiet ruħha illi tigbor l-edizzjonijiet il-qodma tad-direttorji mill-1999. Din is-sena, matul il-kampanja tal-ġbir u r-riċeklaġġ, grazzi tal-partiċipazzjoni assoluta tal-pubbliku generali, il-kumpanija rnexxielha tigbor total ta’ 45,010 direttorji użati. Dawn huma eżaminati u vverifikati mill-KPMG, u ser jigu rriċiklati sabiex nissalvagwardjaw l-ambjent.
Il-kumpanija għamlet wegħda li se tagħti donazzjoni ta’ €0.10 għal kull kopja qadima tad-direttorju illi jingabar, b’risq id-Dar tal-Providenza. B’hekk id-Dar, ser tkun qed tirċieivi s-somma totali ta’ €5501.
Dan kollu hu vera uniku għal Malta u Għawdex minħabba illi dan huwa l-unika pubblikatur lokali illi jaħdem biex jiġbor il-kopji tal-pubblikazzjonijiet il-qodma sabiex jagħmel il-parti tiegħu favur l-ambjent globali. Sal-lum, total ta’ 990,010 direttorji qodma ngabbru matul is-snin, illi t-total jammonta għal madwar 1,276 tunnelati ta’ karti ffrankati mill-miżbliet tal-gżejjer.